San Pietru

 

San Pietru – isem originali Xmun – kien wiehed mit-tnax id-dixxiplu / appostlu ta’ Kristu. Sajjied mill-Galileja, hu flimkien ma’ huh Indri, kien imsejjah min Kristu biex ikun wiehed mid-dixxipli tieghu. Fost id-dixxipli kollha, Pietru kien maghzul minn Sidna Gesu’ Kristu bhal l-kap tal-Knisja fuq din l-art wara l-mewt tieghu.

“U jien nghidlek li int Pietru u fuq din l-blata nibni l-Knisja tieghi, u bwieb l-infern ma jaghlbuhiex.” (Mattew 16:18).

“Mela wara li kielu, qal Gesu’ lil Xmun Pietru: “Xmun, bin Gona, thobbni aktar min dawn?” Qallu: “Iva, Mulej; int taf li nhobbok.” Qallu: “Irgha l-hrief tieghi.” 16 Rega’ qallu t-tieni darba: “Xmun, bin Gona, thobbni?” U qallu: “Iva, Mulej: int taf li nhobbok.” Qallu: “Irgha n-nghag tieghi.” (Gwanni 21: 15-16).

San Pietru huwa meqjus bhala l-Ewwel Papa u l-Ewwel Isqof ta’ Ruma.

Id-disgha u ghoxrin ta’ Gunju, 69AD, hija d-data li hafna jahsbu li fiha miet San Pietru, izda m’hemm l-ebda certezza min dan. Fil-Fatt xi studjuzi ohra jemmnu li San Pietru miet fit-tlettax ta’ Ottubru. 64AD. Huwa tradizzjonalment maghruf li kien inghata s-sentenza tal-mewt fuq is-salib mill-awtorita Rumana. Fuq talba tieghu, Xmun Pietru gied msallab rasu l-isfel u jinsab midfun taht il-Basilika ta’ San Pietru gewwa l-Vatikan.

F’ Hafna mit-tpingijiet, naraw li San Pietru jzomm ic-cwievet tal-genna. Dan hu simbolu li juri li huwa kien l-kap tal-Knisja.

“U lilek naghtik l-imfietah tas-Saltna tas-Smewwiet;” (Matthew 16:19).

Hafna mill-affarijiet li nafu fuq il-hajja ta’ San Pietru jiddependu fuq it-Testment il-Gdid ghaliex ma nsibu l-ebda rakkonti ohra fuq il-hajja tieghu. Skond it-Testment il-Gdid, qabel ma sar dixxiplu ta’ Kristu, Xmun kien sajjied. Huwa twieled f’Betsajda, iben Gona.

“Kien Filippu min Betsajda, mill-belt ta’ Indri u Pietru.” (Gwanni 1:44).

“U qallu Gesu’: “Imbierek int, Xmun, Bin Gona, ghax mhux il-laham u d-demm gharrfek, imma missieri li hu fis-smewwiet.” (Mattew 16:17).

Mill-Evangelji naraw ukoll kif omm il-mara ta’ San Pietru giet imfejqa min Gesu’ fid-dar taghhom gewwa Kafarnahum.

“Imbaghad Gesu’ dahal ghand Pietru u ra ‘l omm martu mixhuta bid-deni. 15 Messilha idha, u d-deni telaqha; u hi qamet u bdiet taqdih.” (Mattew 8: 14-15).

“Minnufih, malli hareg mis-sinagoga, gie ghand Xmun u Indri flimkien ma’ Gakbu u Gwanni. 30 Mela omm il-mara ta’ Xmun kienet Mixhuta bid-deni. U malajr qalulu biha. 31 Hu resaq lejha, qabdilha idha u qajjimha; id-deni telaqha, u bdiet iddur bihom.” (Mark 1: 29-31).

“Telaq mis-Singoga u dahal f’dar Xmun. Omm il-mara ta’ Xmun kienet mixhuta b’deni qawwi, u talbuh ghaliha.” (Luqa 4: 38).

B’ hekk nafu ukoll li San Pietru kien mizzewweg izda isem il-mara tieghu mhux maghruf.

Jidher li San Pietru, flimkien ma’ Gakbu u Gwanni, kien wiehed mill-iktar dixxipli qrib ta Gesu’, prezenti f’hafna mumenti mportanti, bhal fit-transfigurazzjoni.

Il-Bazilika ta’ San Pietru, gewwa l-Vatikan, hi mibni propju fil-post fejn kien imsallab San Pietru, u taht l-altar principali, hemm altar dedikat lilu. Thaffir ricenti kixfu oqra aktar fil-fond taht dan l-altar, li fosthom instabu fdalijiet ta’ gisem, li ghandu saqajh neqsin. Xi arkejologisti jahsbu li dawn huma l-fdalijiet ta’ San Pietru. Dan ghaliex jemmnu li wara l-mewt tieghu fuq is-salib rasu l-isfel, San Pietru nqatawlu saqajh biex jkun jista’ jitnizzel. L-Arkejologisit jghidu li l-eta’ tal-mejjet hija dik ta’ bejn sittin u sebghin sena, li fil-fatt hija vicin hafna dwar l-eta’ li jahsbu li kellu San Pietru meta miet. Huma jghidu ukoll li nstab miktub bil-lingwa Griega fejn kien hemm l-ghadam “PETROS ENI”  li tfisser “HAWN JINSAB PIETRU”.

 

                                                                             Lura