![]() |
|
|
Il-Parrocca l-qadima
tad-Duluri
Fl-1910 Dun Spir Penza, Kanonku tal-kollegjata ta' Bormla, mar iqatta' l-btala tas-sajf f'Birzebbhuga. Sadattant Birzebbuga kienet dejjem qieghda tizdied bil-bdiewa u s-sinjuri li nizlu hemm ghal btajjel. Fost dawn kien hemm il-familji Demajo Albanese u s-Sur Ang. Cassar mill-isla. Dun Spir, billi kien irid iqaddes, xtaq li kieku jinqeda bil-knisja tas-Sagra Familja, imma billi l-werrieta ta' Dun Anton Demajo Albanese wara l-mewt tieghu kienu xi ftit kburin bil-knisja taghhom ma kienux jitilquha kif gie gie. Habat tajjeb li s-Sur Ang Cassar kien ghadu kemm bena dar sabiha ghalih u wara l-gnien tieghu kellu zewg remissi ghaz-zwiemel u l-karrettuni tieghu. Izda, billi ngenji fihom tista' tghid li ma kellux u kienu dejjem vojta, dawn kienu qishom qeghdin ghal xejn. L-ghamla taghhom flimkien kienet qisha T. Issa Dun Spir kien iqatta' izjed hin f'Birzebbuga milli f'Bormla. Billi kien jara l-bdiewa kienu neqsin mill-konfronti religjuzi, wahhal f'mohhu li jibni knisja. Mar ghand l-Arcisqof Pace u dan laqa' talbtu, anzi wieghdu li malli jlestiha kien fis ilahhaqha parrocca. Dlonk mar ghand is-Sur Ang Cassar u talbu dawn iz-zewg imhazen. Is-Sur Ang ma qalx le, u Dun Spir ried itihom ghamla ta' knisja billi jibnilhom faccata. Mar ghand is-Sur Wig Albanese, qarib ta' Dun Anton, u wieghdu li jibnihielu. Inbniet fl-1912 u swiet 100 lira. Ingieb kwadru qadim tad-Duluri, ghamlu artal ta' l-injam u fis-16 ta' Settembru, 1913, l-Arcisqof Pace hareg cirkolari fejn waqqaf din il-knisja f'parrocca. Baqghet isservi ta' parrocca sas-17 ta' Gunju, 1937, sakemm inbniet il-parrocca l-gdida ta' San Pietru. Din il-knisja ghandha artal wiehed.
Il-Kuncizzjoni Din il-knisja tinsab f'Binghisa u hija gus patronat. L-ewwel gebla taghha tqieghdet fl-1822 bit-thabrik tas-sacerdot Dun Gakbu Gauci, miz-Zurrieq, taht id-direzzjoni ta' Mastru Frangisk Callus. Regghet giet mibnija mill-gdid u mkabbra fl-1861-62 bis-sahha ta' Dun Guzepp Gauci, neputi ta' l-imsemmi Dun Gakbu. Ix-xoghol kien immexxi taht id-direzzjoni ta' Mastru Guzepp Callus. Giet imbierka minn Mons. Pace Forno fit-tielet vizta tieghu, jigifieri fi Frar ta' l-1862. Din il-knisja fiha artal wiehed.
San Gorg Fiz-zmien, din il-knisja kienet taghmel maz-Zejtun. Mibnija bikri, bdiet thedded li taqa', ghalhekk fl-1659 giet profanata. Fl-1683, in-Nobbli Girgor Bonnici, benefattur kbir tal-knisja, rega' bniha mill-gdid. Din il-knisja tfakkarna fi zmien meta f'dan il-port kienu jinzlu t-torok ta' sikwit iharbtu u joqtlu. Biswit din il-knisja hemm trunciera f'ghamla ta' nofs qamar. Id-dhul kien minn wara l-knisja fejn hemm pont jintrafa'. Waqt xi attakk mit-Torok, il-Maltin kienu jaqtghu kull komunikazzjoni mill-bqija ta' l-art billi jerfghu l-pont. Ighidu li meta x-xwieni ta' l-ordni kienu jkunu sejrin lejn it-taqbid, qabel jitilqu, kienu jmorru jisimghu l-quddies fiha.
Kunvent tas-Sorijiet tal-Karita Is-sorijiet ta' l-ordni bdew l-iskola fl-1932 f'mezzanin hdejn ix-xatt. Fl-1934 is-Sinjura Ganna Cassar halliet b'testment dar hdejn il-knisja ghal din il- komunita' biex fiha jghallmu l-iskola. Fl-1951 bil-permessi tal-kurja u tal-Madre Generale, il-Prokuratur Dun Mikiel Vella biegh id-dar tas-Sinjura Cassar li kienet saret zghira ghat-tfal ta' l-iskola, u bena ohra akbar bhala skola, u ohra ghas-sorijiet. Il-perit kien is-Sur Ugo Mallia u l-bennej kien SalvuCalleja.
Sagra Familja Fl-20 ta' Frar, 1864, Dun Antonio Albanese, minn Bormla, flimkien mal-perit Luigi Ovidio Doublet ressqu rikors quddiem l-awtoritajiet Ekklesjastici sabiex jibnu oratorju jew kappella, issa li l-poplu kien kiber sewwa. Mill-knisja tal-Gudja kien hemm xi 7 kilometri, u hafna nies kienu qed jibqghu bla sagramenti. Huma talbu li dan l-oratorju jkun guspatronat lajkali (lay patronage) u ghal dan il-ghan, il-perit Doublet offra l-art li kellu b'enfitewsi perpetwu u l-iehor offra hames skudi fis-sena ghaz-zamma taghha. Fir-risposta tieghu, il-kappillan tal-Gudja, Dun Gio Batta Zammit, mhux biss heggeg biex tinbena, imma offra hames skudi ohra mill-Prependa parrokkjali (parrochial prebend). Sid l-art, Gio Batta Marmara, ta wkoll il-kunsens tieghu biex tinbena din il-knisja. Fit-30 ta' Lulju, 1865, saret il-fondazzjoni ghand in-nutar Salvatore Scifo wara li kien inghata d-degriet Veskovili fil-21 ta' Gunju, 1865. L-ewwel gebla taghha tqieghdet fid-29 ta' Gunju, 1865 minn Dun Antonio Albanese, bhala delegat ta' l-isqof Gaetano Pace Forno, fuq il-pjanta ta' l-istess perit Doublet. Din il-kappella ghandha ghamla ta' salib b'zewg kampnari.
Il-B.V.M. Ghajnuna ta' l-Insara Din il-knisja hija gus patronat tal-familja Cachia Zammit, dedikata lill-Madonna taht it-titlu, Ghajnuna ta' l-Insara, u hija l-uniku wahda f'Malta b'dan it-titlu. Hija giet mibnija fl-1830 minn Dr. Matteo Cachia minn Hal-Ghaxaq, meta kien mizzewweg ma' Marianna Zammit mill-Belt Valletta. Inbniet bl-approvazzjoni ta' l-isqof, ghall-kumdita akbar tal-villeggjanti u tas-sajjieda, u hija annessa mad-dar, imsejha "Merhbabik", fl-istess lok ta' San Gorg. Dak iz-zmien din il-knisja kienet fil-limiti taz-Zejtun, imbaghad kienet tifforma t-tarf tal-limiti tal-parrocca ta' Marsaxlokk. Il-knisja hija zghira, ghandha artal tal-gebel stil doriku; is-saqaf huwa troll u hija unvjata. Mhux maghruf sewwa min kien il-perit li bniha, imma aktarx li kien wiehed mit-tnax-il perit ta' dak iz-zmien. L-istil huwa semplici u minghajr kolonni. Giet dotata mill-imsemmi Dr. Matteo Cachia, u hemm diversi legati ta' quddies. Din il-knisja kienet frekwentata hafna fl-ahhar seklu meta l-knisja ta' San Gorg kienet profanata. Il-kwadru titulari huwa ta' A. Falzon. Huwa nteressanti l-fatt li meta nbniet il-knisja, id-devozzjoni ta San Gwann Bosco lejn il-Madonna Awziljatrici kienet ghadha ma bdietx; ghalhekk hawn insibu kopja tal-kwadru ta' Sassoferrato li juri l-Madonna bil-Bambin bil-qieghda fuq is-shab, u l-kitba "Thronus mea in Columna nubis". F'kull 24 ta' Mejju ssir f'din il-knisja l-festa taghha. L-abiti Sagri, hafna minnhom huma maghmulin minn ilbies il-familja Cachia Zammit.
Stella Maris Go Birzebbuga nsibu kappella dedikata lill-Madonna Kewkba tal-Bahar li kienet uzata mill-Inglizi kattolici. Din hi kamra kbira fil-blokk ta' l-iskola fin-naha ta' Kalafrana tal-H.M.S. Falcon, u tigbor ukoll maghha 'l Hal-Far. Hija tesa' 100 ruh.
San Guzepp Hawn insibu knisja dedikata lil San Guzepp. Tinsab f'dar privata u ftit tista' tittendi biha. Minn barra tidher, billi l-kampnar taghha li hu ta' stil korint jisboq bini iehor. Imwahhal mal-bieb ta' barra hemm kitba fejn taghti indulgenza ta' 40 jum ghal min ighid Pater, Ave u Glorja quddiem ix-xbiha ta' San Guzepp meqjuma f'dik il-knisja.
Sant Anglu Din il-knisja kienet f'Hal-Far u twaqqghet fil-gwerra li ghaddiet bl-attakki tal-ghadu minhabba li kienet qrib il-mitjar. Din il-knisja kienet beneficjali u gus patronat. Ittellghet fl-1702 min-Nobbli Censu Viani. |
|