Merhba
fl-iskola tal-muzika tas-Socjeta Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuga!
Qeghdin inharsu 'l quddiem ghal aktar snin ta' hidma, studji u kuncerti.
Hawn tista ssib informazzjoni utli ta' kif int u uliedek ikollkom stampa
cara dwar it-taghlim tal-muzika.
Il-Banda
Studenti li jiddeciedu li jinghaqdu mal-banda qeghdin jghamlu ghazla
li jridu jzommuha s-sena kollha. Studenti jigu wkoll ezaminati dwar
dak li tghallmu. Lezzjonijiet tal-muzika isiru darba fil-gimgha b'attenzjoni
individwali. Huwa hawnhekk fejn jigu mghallma tekniki muzikali godda
u jizviluppaw dawk li diga ghandhom biex jibqghu jitjiebu.
Wara li student ilesti il-lezzjonijiet tat-teorija, jigi misluf strument
ta' l-ghazla tieghu biex jkun jista jistudja bih id-dar.
Il-membri
kollha tal-banda huma mhegga li
jistudjaw id-dar dak li jkunu tghallmu waqt il-lezzjoni
u jiehdu sehem fis-servizzi u kuncerti tal-Banda.
Studju
Mistoqsija komuni hi, "Kemm iridu jistudjaw uliedi?" Kull
studju d-dar jghin lil istudent jitjieb, imma mill-inqas irid jistudja
90 minuta fil-gimgha (3 sessjonijiet ta' 30 minuta l-wahda meta ma jkunx
hemm lezzjonijiet jew kuncerti w' servizzi) huwa hin minimu li ghandu
jigi mlahhaq minn kull student.
Tiswija
ta' strumenti
Strument tal-Banda huwa bhal karozza. Huwa investiment finanzjarju u
kultant ikun irid xi tiswija. Jekk strument ma jkunx qed jahdem kif
suppost issir problema ghall-banda kollha. L-istrument tieghek ghandu
bzonn tiswija?
Jekk ghandek bzonn xi tiswija ahna nistghu nghinuk issib lil xi hadd
li jsewwi l-istrumenti.
Hafna tiswijiet jistghu jigu evitati. Hawn ftit punti li tista taqsamhom
ma wliedek:
Aghmel ismek fuq il-kaxxa ta' l-istrument!
Zomm il-kaxxa maghluqa
Halli affarijiet kbar barra l-kaxxa
Qatt taghmel l-istrument fuq legiju.
Hu l-hin tieghek biex tpoggi l-istrument fil-kaxxa. Tghaggilx.
Qatt thalli studenti ohra "jippruvaw" l-istrument tieghek.
Strumenti tar-Ramm (Kurunetta, Trumbun, Baxx etc.)
L-islides kollha jridu jkunu jahdmu tajjeb. Jekk le tippruvax "tigbidhom"
int ghax tista taghmillhom il-hsara. Jekk jehel bukkin tippruvax taqilghu
b'xi tnalja jew ghodda ohra. L-istrumenti kolha tar-ramm irid jintuzalhom
zejt tal-valvi jew zejt tas-slide (trumbun)
Strumenti ta' l-injam (Klarinett, Saxophone, etc.)
L-istudenti tal-injam kollha jridu jixtru l-qasab huma ghall-istrument taghhom. Qasba tista sservi hafna gimghat
meta tibza ghaliha imma wara z-zmien ma tibqax tajba. Jekk ma
tibzax gfhall-istrument qasba malajr tinqasam ukoll.
Il-qasab jistghu jinxtraw minn hanut tal-muzika ta' l-ghazla tieghek.
Kull student irid ikollu mill-inqas zewg qasbiet fil-kaxxa ta' l-istrument
dejjem!
Ejja s-sieheb mal-Banda tas-Socjeta Filarmonika San Pietru Banda Birzebbuga
A.D.1990