BIRZEBBUGA

Bir-rata ta' progress li hu miexi bih, dan ir-rahal qed isir wiehed mill-aktar centri mfittxija tax-xlokk ta' Malta. In-nies tal-Kottonera, Rahal Gdid u Hal-Tarxien isibu l-hena taghhom jghumu fil-bahar kahlani ta' Birzebbuga. Dawk li jzuru ir-rahal ghall-vileggatura matul ix-xhur tas-sajf jafu u jistghu jixhdu ta' bilhaqq il-hajja kwieta u sabiha tar-rahal.

Fil-Bajja s-Sabiha, il-bajja ewlenija taghna ma tara xejn ghajr nies jghumu fis-sajf, ghaliex nghiduha kif inhi, ghalkemm ir-rahal huwa mghammar sewwa bhala popolazzjoni jiehu mixja sewwa il-quddiem matul it-tliet xhur tas-sajf.

Sa mill-1463 Birzebbuga kienet taghmel parti mill-parrocca ta' Bir Miftuh (Gudja) izda billi l-poplu beda jikber u ghall-Gudja kien hemm erba passi gmielhom, fl-1913 giet imwaqqfa parrocca indipendenti. B'hekk sehhet ix-xewqa tan-nies ta' Birzebbuga li huma wkoll ikollhom il-knisja taghhom mghollija f'parrocca.

Mar-rahal ta' Birzebbugia insibu wkoll Hal Far, Benghisa, Kalafrana u l-Qajjenza.

Meta saret parrocca il-popolazzjoni kienet tghodd mal 1,000 persuna. Fic-censiment li sar fil-1961 instab li il poplu kiber ghal 5,239 ruh. Illum hawn popolazzjoni ta' 8,584

Xtut ta' Birzebbuga

Jekk wiehed jaghti daqqa t'ghajn lejn il-pozizzjoni geografika tar-rahal, insibu li ghandu sehem sabih fil-port ta' Marsaxlokk. Ghad-dahliet kennin li ghandu l-post in-nies tal-qedem ghammru fih u waqqfu tempju mill-aqwa lill-Allat taghhom.

Birzebbuga tinsab madwar 10 kilometri l-boghod mill-Belt Valletta. L-art ta' Birzebbuga hija mahruga fil-bahar ta' Marsaxlokk minn 400 metru wisgha u tkompli fuq daqstant iehor tul fejn tispicca l-batterija ta' Pintu.

L-ewwel dahla hija dik ta' Kalafrana. It-tieni dahla hija ta' Birzebbuga u mbaghad hemm il-kalanka ta' San Gorg. Sa madwar l-1800 fil-bajja ta' San Gorg wiehed kien ghadu jista jilmah taht l-ilma gwiebi mhaffrin fil-blat li fi zminijiet imghoddija kienu f'wicc l-art. Dawn kienu jintuzaw bhala vaski ghaz-zejt li f'din il-part ta' Malta kien jinstab bil-kwantita bhalma jindika l-isem ta' Zejtun.

Birzebbuga tispicca bil-ponta msejha bhalha Binghisa, isem li gej mill-Gharbi u jfisser "Bin" "Ghisa", jigifieri it-tifel ta'"Ghisa". Minhabba din il-ponta insejhulha ukoll l-art tas-sikka. Hdejn Binghisa hemm daqsxejn ta' blata mahruga l-barra li tissejjah tal-Mara. Minhabba li mill-boghod ghandha ghamla ta'mara.

                                                                             Lura