![]() |
|
|
Il-Gawhra
ta' San Pietru
Waqt it-tielet Laqgha Generali Annwali tas-Socjeta li kienet inzammet fil-Lido Hall, Triq San Edwardu, nhar il-Hadd 12 ta` Jannar 1992, il-Kumitat Ezekuttiv kien gie moghti l-mandat li akkost ta` kollox matul dik is-sena s-Socjeta jkollha kazin gdid. L-aktar objettiv kien li jinxtara is-sit numru 11-12 Triq Birzebbuga, Birzebbuga . Wara hidma kbira li saret minn delegazjoni ffurmata mill-ufficjali tal-Kumitat Ezekuttiv ta` dik is-sena fis-16 ta` Mejju 1992 giet iffirmata skrittura privata fejn rabtu lis-sidien li ma jbieghux il-post sakemm il-kumitat jiehu l-approvazzjoni mill-membri ghal din ix-xirja. L-approvazzjoni ghax-xiri tal-post giet moghtija mill-membri tas-Socjeta` waqt Laqgha Generali Straordinarja, li nzammet il-Hadd 24 ta' Mejju 1992. Il-ferh tal-poplu ta' Birzebbuga li s-Socjeta` tkun l-ewwel u l-unika Ghaqda Muzikali lokali li jkollha l-kazin propjeta` taghha gie ccelebrat b'marc brijjuz mill-Lido Hall, il-post li fih saret il-Laqgha Generali Straordinarja sal-post fejn kien ser jigi l-kazin il-gdid, Il-Gawhra Ta` San Pietru. Ta min jghid li qabel kienu diga` saru xi tentattivi sabiex dan il post jinxtara biex isir il-kazin tas-Socjeta' pero` ghal xi ragunijiet dawn kienu sfaxxaw. Mill-ewwel inbeda x-xoghol u l-Perit Michael Schembri, illum President Onorarju taghna beda' jaghmel il-pjanti. Giet imwaqqfa wkoll Kummissjoni Rikostruzzjoni tal-Kazin li kellha l-inkarigu li tiehu hsieb ix-xoghlijiet. Il-Kuntratt tax-xiri tal-kazin il-gdid sar nhar it-Tlieta 15 ta` Settembru 1992 minn Nutar Patrick Critien fil–Kazin il-gdid stess. Ghas-Socjeta' dehru l-ufficjali ta' dak iz-zmien, il-President is-Sur Anthony Camilleri, is-Segretarju s-Sur Alex Caruana u l-Kaxxier is-Sur Grazio Pullicino. Kien hemm prezenti wkoll waqt il-kuntratt il-bejjiegha tal-post kif ukoll il-Perit Michael Schembri u l-Avukat Dr. Emy Bezzina. Fl-4 t` Ottubru 1992 beda x-xoghol tal-kostruzzjoni tal-kazin. Peress li ma kienx hemm nies tas-seghna, ix-xoghol beda miexi bil-mod. Nhar il-Hadd 8 ta' Novembru 1992 gew jaraw ix-xoghol is-Sur Sunny Bonnici u s-Sur Peter Camilleri (il-Pajju). Xi jiem wara mar jara ix-xoghol ukoll is-Sur Ronnie Galea. Dawn taw il-parir lill-kumitat sabiex il-post jinhatt u jerga` jinbena mill-pedament, kollu gdid. Fil-11 ta` Dicembru ta` l-istess sena beda t-twaqqiegh tal-post sabiex jinbena mill-gdid. Ix-xoghol kollu sar bla hlas min-numru kbir ta' voluntiera taht is-sorveljanza tal-Perit Michael Schembri u s-Sur Sunny Bonnici. Ix-xoghol tat-twaqqiegh baqa’ sejjer sa April ta' l-1993. Sadanittant bdew isiru l-pjanti l-godda tal-kazin mill-Perit Micheal Schembri u bl-ghajnuna tal-Perit Karmenu Vella. Il-haddiema li hadu hsieb it-twaqqiegh tal-kazin kienu hafna u mhux facli wiehed li nsemmihom kollha. Pero’ ix-xoghol delikat li wetqu hu inspjegabbli. Fit-3 ta’ Dicembru 1993 gie msaqqaf l-ewwel sular tal-kazin. Il-bennejja Sunny Bonnici u Peter Camilleri (il-pajju) komplew bil-hidma taghhom. Maghhom inghaqad ukoll Victor Schembri. L-installazjoni tad-dawl u l-ilma bdiet mixja sew taht is-sorveljanza tas-Sur Charlie Galea. Ghajnuna ohra nghatat minn diversi benefatturi. Il-kazin gie miksi u mbajjad minn diversi partitarji u hbieb. Importanti wkoll li nfakkru l-familja ta’ l-ex President Anthony Camilleri, li kienu dahlu garanti mal-bank biex isir self ghax-xiri tal-kazin. L-ghajnuna kompliet tikber u ta' min isemmi li nghaqad mal-bennejja wkoll Pietru Camilleri (is-Sigarr). Fl-24 ta’ Novembru 1994 gie msaqqaf it-tieni sular tal-kazin, fil-waqt li t-tielet sular gie msaqqaf nhar id-29 ta’ Mejju 1995. Nhar it-22 ta' Novembru 1995 giet imbierka u inawgurata nicca ddedikata lil ewwel titular ta’ Birzebbuga, Maria Addolorata. Din in-nicca tinsab fil-bitha tal-kazin. Ix-xoghol tal-madum fit-tieni sular li jinkorpora sala kbira, kcina u toilets sar bla hlas. Dan ix-xoghol inbena fis-3 ta’ Frar 1996. Il-madum tat-tielet sular, jigifieri tas-Sala tal-Kuncerti, tal-Kumitat u l-ufficju sar f’ Marzu ta’ l-istess sena. Mill-Hadd ta’ Marzu 1996 is-Socjeta’ bdiet topera ufficjalment mill-kazin il-gdid taghha. Ghalkemm kien ghad jonqos hafna xoghol xi jsir, l-ewwel sular, li hu ddedikat ghall-bar kien fi stat avvanzat hafna. L-ewwel tberik tal-kazin sar il-Hadd 21 ta’ April 1996 mill-Kappillan ta’ dakinhar Rev. Joseph Maria Farrugia. Fis-sena 1997 il-kumitat ordna l-frontispizju tal-kazin. Wara l-approvazzjoni tad-disinn inbeda x-xoghol tieghu. L-ewwel parti tieghu fejn hemm miktub 'San Pietru rebbieh fuq il-ktajjen' tpoggiet nhar is-Sibt 10 ta’ Mejju 1997. Il-blata l-kbira li fiha xbiha ta’ San Pietru jinheles mill-habs permezz ta’ Anglu, tpoggiet fil-post fil-5 ta’ Lulju 1997. It-tqeghid tal-frontispizju sar mis-Sinjuri Victor Schembri u Peter Camilleri mghejjuna mill-iskultur stess, Louis Xuereb. Ir-rizultat finali jista’ jarah kulhadd ghax dan il-frontispizju kompla jzejjen il-Gawhra ta’ San Pietru. Sadanittant kien inbeda x-xoghol fuq l-arblu maggur tas-Socjeta’. Dan l-arblu li hu twil 60 pied kien ilu li nxtara sa mill-1992. Fit-12 ta’ April 1997 dan l-arblu ingarr lejn iz-Zurrieq sabiex jinhadem. Wara biss gimghatejn l-arblu tlesta u fis-26 ta’ April 1997 ingieb lura u gie mtella' fuq il-bejt tal-kazin biex jigi mizbugh. Inhaddmet il-blokka ta' dan l-arblu, kif ukoll l-arpa ghal fuq l-arblu. L-arblu gie mtella' f’postu nhar il-Hadd 27 ta’ Lulju 1997 min numru kbir ta’ partitarji. Dakinhar stess fil-ghaxija gie mtella’ l-festun bil-bozoz hodor u gie mixghul ghall-ewwel darba. Ghalkemm il-bandiera Maltija kienet ilha lesta bosta xhur kien hemm bzonn li nistennew gimgha ohra sa nhar il-festa sabiex trijonfalment kif apenna beda il-marc il-kbir ta’ l-iljun il-President Anthony Camilleri tella’ din il bandiera Maltija u fl-isfond il-banda ddoqq l-innu marc Inti l-Patrun Taghna. L-ahhar gebla tal-kazin il-gdid tpoggiet simbolikament mill-President ta’ dakinnhar is-Sur Antohony Camilleri nhar is-Sibt 2 ta’ Awissu 1997. Is-sena 1997 offriet bosta emozjonijiet lill-Birzebbugin. Il-frontispispizju’ it-tlugh ta’ l-arblu maggur,festa grandjuza lil San Pietru u l-aktar fattur importantic-celebrazjonijiet li saru malli fis-16 ta’ Setembru 1997 gie mhallas l-ahhar pagament lill-Bank. B’hekk dakinhar is-Socjeta’ taghna saret l-ewwel u l-unika socjeta’ muzikali f’Birzebuga bil-kazin proprjeta’ taghha.Waqt dawn ic-celebrazzjnijiet il-kazin gie kkonsagrat lili-Qalb ta’ Gesu’ u ta’ Marija mid-direttur Spiritwali tas-Socjeta’ Dun Charles Carabott. Fis-16 ta’ Settembru 1997 il-jum minqux b’ittri tad-deheb fl-istorja tas-Socjeta’ giet mikxufa lapida kommemorattiva li tinsab imwahhla fit-tarag principali tal-kazin u gawduta mill-partitarji s-sena kollha. Il-lapida li nkixxfet mis-Anthony Camilleri ggib dawn il kelmiet : IS-SOCJETA FILARMONIKA SAN PIETRU BANDA BIRZEBBUGA A.D. 1990 TFAKKAR GHAL TA’ WRAJNA L-JUM 16 TA’ SETTEMBRU 1997 META L-GAWHRA TA’ SAN PIETRU SARET PROPJETA’ TAGHNA. Wara sar marc brijuz li ghalaq dawn ic-celebrazjonijiet kbar. Fl-1998 saru bosta xoghlijiet fil-kazin, fosthom it-tlestija tat-toilets tit-tlielet sular. Saru bosta attrezzaturi ghall-kamra tal-kumitat fosthom is-suffett u nhaddmet mejda sabiha ghall-kumitat. Saret in-nicca ghal istatwa ta San Pietru tas-Socjeta’. Din- nicca qieghed fil-foyer tas-sala principali li tinsab fl-ewwel sular. Il-faccata tal-kazin giet invjata fuq il-fil b’hekk il-kazin gie moghti dehra ohra. Saru wkoll diversi settijiet ta’ purtieri ghas-swali tal-kazin kif ukoll ghall-kamra tal kumitat. Fis-sena l-1999 il-kumitat ha hsieb jattrezza l-kazin kontra n-nirien billi installa diversi pajerini u apparat iehor. Meta f’Ottubru tas-sena 1999 gie mahtur president is-Sur Simon Micallef dan kompla fl-istess linja li kellu l-president ta’ qablu u ghamel mill-ahjar biex il-kazin ikompli jigi mzejjen. Fil-fatt fis-sena 2000 sar il-granit tat-tarag kollu minn isfel sal-bejt. L-ispiza ghal dan il-progett lahhqet LM2000. Inhadem poggaman ferm lussus tal-hadid, li sewa LM1550. Il-bar kompla jigi modernizzat u gew ordnati sett imwejjed u siggijiet ferm sbieh, kif ukoll il-bar gie attrezzat bis-sistema tas-satellita biex il-partitarji u l-membri jkollhom aktar varjeta’ x’jaraw. Sar is suffett tat-tielet sular u il-kazin gie mbajjad kollu mill-gdid. Fis-sena 2001 saret l-installazzjoni gdida tad-dawl li jithaddem bil- generator. Kif ukoll sar xi tibdil fid-dawl tas-sala. Inhadmet ukoll switchboard ghad-dwal tal-faccata tal-kazin. Nhar il Hadd 28 ta Lulju 2002 izzanznet il-bandiera tas-Socjeta’ ghal-arblu maggur Hawn ta min ifakkar li l-kumitat tas-socjeta ma hareg l-ebda sold ghal din u il-hlas sar kollu mill-membri u l-benefatturi tas-socjeta. Fil-futur il-kumitat ghandu hsieb ikompli jzejjen lil-Gawhra ta’ San Pietru bil-progetti godda li qed jahdem fuqhom. Hawn ta’ min isemmi x-xoghol tal-kisi bil-granit li ser isir fuq il faccata tal kazin. Dan kollu kien possibbli ghax kull min ta s-sehem tieghu f’dan il-kazin ghamlu mill-qalb u ma fittix l-interessi tieghu. Dawn il-voluntiera li hadmu f’dan il monument iddedikaw himhom ghall-poplu ta’ Birzebbuga. F’dan l-artiklu fejn stajt ma semmejtx l-individwi b’isimhom sabiex ma nohlokx konflitti ghax peress li l-haddiema kienu numeruzi zgur kont ninsa lil xi hadd. F’isem Birzebbuga GRAZZI tal-hidma qalbiena taghkom. U lil ta' warajna nappellalhom jibqghu jimxu fuq l-istess passi sabiex ikomplu jzejnu din il-Gawhra. |
|